Winning entries could not be determined in this language pair.There was 1 entry submitted in this pair during the submission phase. Not enough entries were submitted for this pair to advance to the finals round, and it was therefore not possible to determine a winner.Competition in this pair is now closed. |
Qabel ma tkompli, għażiż qarrej, qiegħed inwissik li l-pellegrinaġġ lejn Ruma li ħa nirrakkuntalek kien verament diżastru. Jekk tittama li f´dan il ktieb ser issib storja ta´ suċċess, ta kisbiet fiżiċi, ta forza ta rieda u rebħa fuq wieħed innifsu, huwa ahjar li diġà tieqaf taqra biex tevita d-diżappunt. Kif qal b´mod għaqli Aristotile (ngħid li se jkun Aristotile, għax kien raġel għaref ħafna u qal ħafna affarijiet): ´Hieni huwa dak li jqatta il-ħin tiegħu jimmedita fuq il-kisbiet tiegħu stess, għax ser ikollu ħafna ħin liberu.´ Ir-realtá mwiegħra hija li bilkemm kien hemm pjan jew skop li ż- żewġ kumpanji tiegħi u jien ma kissirniex matul it –triq. Fil-fatt, bdejna billi ksirna l-ewwel regola ta kull pellegrinaġġ u din l-ewwel trasgressjoni mmarkat b´mod ġenerali il-vjaġġ kollu tagħna. Kif diġà għedt, pellegrinaġġ diżastruż. L-ewwel regola ta kull pellegrinaġġ sempliċiment tgħid, li il-vjagg għandu jibda mil-istess għatba tad-dar. Inkella bilkemm tista issejjaħlu pellegrinaġġ. Meta pellegrin medjevali ddeċieda li jimxi sa Santiago (jew kien ġentilment mistieden li jagħmel dan mil konfessur tiegħu biex jinħeles minn dnubietu) huwa ma marx bil karozzin sa Roncesvalles biex jibda minn hemm il mixja tiegħu. Le. Libes l-ispadrilji, ħa l-istaff u l-borża, qal addiju lil-familja, fost tixrid ta dmugħ ta l-eqreb qraba tiegħu u beda miexi ix xhur li kienu meħtieġa sakemm wasal ghad destinazzjoni tiegħu (dejjem jekk il banditi, l-annimali salvaġġi, il bard, il ġuh jew il pesta ma jtemmux b´mod notevoli il pellegrinaġġ). Aħna, madankollu, ma kellniex it-tlett xhur li kien hemm bżonn biex nagħmlu il vjaġġ kollu mid- dar tagħna lejn Ruma ibbażat fuq espadrilja u it-triq. Allura, iddeċidejna nagħmlu l-iktar ħaga simili possibbli. Peress li ma stajniex nitilqu bil mixi minn Spanja, morna bl-ajruplan lejn waħda mil antiki ta´Spanja biex nitilqu minn hemm. Iġifieri, vjaġġajna sa Napli. Għaliex Napli u Sqallija, għalkemm ma jitwemminx, darba fi żmien kienu Spanja. Meta il muniti ta Filippu II qalu Hispaniarum Rex, kien mod imqassar kif tgħid Re ta Napli, ta Sqallija u ta ħafna postijiet oħra. Il belt sabiħa ta Napli kienet waħda mil-ġawhar tal Kuruna Spanjola (jew ta´ Aragon) għal żewg sekli u nofs, ftit inqas żmien mil-Arġentina, pereżempju. Dan jurina l-istat ta´dwejjaq tas-sistema edukattiva tagħna li kważi ħadd ma hu konxju tiegħu. | Entry #27332 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|